Dan il-blog deher oriġinarjament fuq il-websajt ta' The Ocean Project.

Il-Jum Dinji tal-Oċeani jgħinek tagħmel differenza fil-ħajja tiegħek, fil-komunità, u fid-dinja billi tieħu azzjoni biex tipproteġi l-oċean tagħna—għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Minkejja l-isfidi kbar li qed jiffaċċja l-oċean tad-dinja, billi naħdmu flimkien nistgħu niksbu oċean b’saħħtu li jipprovdi għall-biljuni ta’ bnedmin, pjanti u annimali li jiddependu minnu kuljum.

Din is-sena tista' taqsam is-sbuħija u l-importanza tal-oċean, permezz tar-ritratti tiegħek!
Dan il-Konkors tar-Ritratti inawgurali tal-Jum Dinji tal-Oċeani jippermetti lin-nies minn madwar id-dinja jikkontribwixxu r-ritratti favoriti tagħhom taħt ħames temi:
▪ Pajsaġġi tal-baħar taħt l-ilma
▪ Ħajja taħt l-ilma
▪ Pajsaġġi tal-baħar fuq l-ilma
▪ Interazzjoni/esperjenza pożittiva tal-bnedmin mal-oċean
▪ Żgħażagħ: kategorija miftuħa, kwalunkwe immaġini tal-oċean – taħt jew fuq il-wiċċ – ritratta minn żagħżugħ, 16-il sena jew taħt
Immaġini rebbieħa se jiġu rikonoxxuti fin-Nazzjonijiet Uniti nhar it-Tnejn, 9 ta’ Ġunju 2014 waqt l-avveniment tan-Nazzjonijiet Uniti li jimmarka l-Jum Dinji tal-Oċeani 2014.

Ikklikkja hawn biex titgħallem aktar dwar il-konkors, u biex tissottometti r-ritratti tiegħek!